Ian Weldon hu fotografu Amerikan mhux tas-soltu fejn jidħlu r-ritratti waqt tieġ. Għalih ma jeżistux dawk ir-ritratti ta’ koppji llamtanti, kollha dritti, qishom tal-ġibs. Jew il-qraba tagħhom jippużaw qishom figolli.
Dan l-fotografu għamel isem għax vera jieħu ritratti waqt tieġ imma jiġbed biss dawk l-okkażjonijiet f’tieġ li ma ssibhomx f’dawk tas-soltu. Hu jsostni li n-nies fir-ritratti tiegħu huma nies ta’ vera li dak il-ħin li jkun jieħu r-ritratt ikunu huma tassew u mhux jippużaw biex jaħbu xi azzjoni jew difett li ma xtaqux juru.
Hawn taħt hawn xi ritratti li juru l-istil uniku tiegħu. Imma tgħid li kieku int se tiżżewweġ, tasal tistiednu biex joħodlok dawn it-tip ta’ ritratti biex tarawhom intom, il-qraba tagħkom u l-ħbieb?