Fost il-mejta fl-Eġittu żewġ ġurnalisti

Fl-Eġittu, fost il-mejta waqt il-vjolenza li seħħet fil-Kajr ilbieraħ,  hemm żewġ ġurnalisti, cameraman ta’ l-istazzjon Ingliż Sky News,  u ġurnalista tal-gazzetta XPRESS  bbażata f’Dubaj .

Sky News qalu li Mick Deane 61 sena, miet meta ntlaqat minn tiri waqt  li kien qed jikkaverja l- vjolenza fil-kapitali, il-Kajr.   

Il-ġurnalist Habiba Ahmed Abd Elaziz ta 26 sena, inqatlet b'tir fil-Kajr hekk kif forzi tas-sigurtà kienu qed ineħħu dimostranti li kien hemm jipprotestaw  dwar it-tneħħija tal-President Mohammed Morsi.