Forzi tas-sigurtà joqtlu 9 waqt protesti fl-Iraq

Protesters step on a military vehicle of Iraqi security forces after burning it, during ongoing anti-government protests in Basra, Iraq November 24, 2019. REUTERS/Essam al-Sudani

Forzi tas-sigurtà Iranjani bdew jisparaw l-armi tan-nar tagħhom fuq dimostranti f’Baghdad u bliet oħrajn fejn inqatlu disa’ persuni. Intant indarbu għexieren ta’ persuni skont sorsi fil-pulizija u dawk mediċi tal-ġurnal Reuters.

Il-protesti kontra l-Gvern bdew kmieni f’Ottubru u żviluppaw f’dimostrazzjonijiet massivi. Dawn id-dimostrazzjonijiet ilhom ma jidhru fil-pajjiż mill-waqa’ ta’ Sadam Hussein fl-2003. Sa issa, mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet, inqatlu total ta’ 339 persuna.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Iranjan ikkwotat lill-Ministru għas-Saħħa jgħid li 111-il persuna nqatlu, inkluż dimostranti u membri tal-forzi tas-sigurtà. Dan mingħajr ma speċifika fuq liema perjodu qed jitkellem. Din kienet l-ewwel figura uffiċċjali maħruġa mill-gvern mill-25 ta’ Ottubru.

Rapport tal-gvern ix-xahar li għadda qal li kien hemm 157 mewta matul l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru. Id-dimostranti kienu waqfu għal ftit imbagħad reġgħu rħewla fit-toroq fil-25 ta’ Ottubru.

Id-dimostranti qed jissieltu sabiex taqa’ l-klassi politika li qed tidher bħala waħda korrotta u li qiegħda hemm biex isservi poteri barranin. Dan filwaqt li l-Iranjani nnifishom spiċċaw f’faqar kbir, mingħajr xogħol, kura u edukazzjoni.