Forzi speċjali fi Spanja jinfurzaw ir-regolamenti tas-saħħa fid-diskoteki

REUTERS/Enrique Calvo/File Photo

Read in English.

Il-belt Spanjola ta’ Fengirola ħdejn Malaga kellha tgħajjat għat-taqsimiet speċjali tal-pulizija biex tosserva r-regolamenti tas-saħħa fid-diskoteki bil-għan li twaqqaf it-tixrid tal-virus. Spanja kkonfermat 28,503 mewtiet waqt il-pandemija, iżda esperti jemmnu li n-numri huma akbar minħabba ttestjar limitat.

Sal-bieraħ, ġew ikkonfermati aktar minn 19,624,044 każ ta’ Covid-19 madwar id-dinja, li wasslu għal 726,953 mewt.

10,615,855 każ kien irrappurtat fl-Amerika, 4,886,417 fl-Ażja, 3,061,264 fl-Ewopa, 1,037,135 fl-Afrika u 22,677 fl-Oċeanja.

L-akbar numru ta’ mwiet bil-Covid-19 seħħew fil-kontinent Amerikan, fejn tilfu ħajjithom 389,793 persuna. Fl-Ewropa mietu 207,215, bir-Renju Unit ikollu l-akbar għadd, segwit mill-Italja, Franza, Spanja u r-Russja.

Intant, il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-fruntieri diffiċilment se jinfetħu qabel il-Milied, hekk kif il-pajjiż illum irrapporta l-akbar żieda f’ġurnata ta’ mewt marbut ma’ COVID-19. Madankollu, kien evidenza li l-lockdown drastiku fil-belt ta’ Melbourne, kien qed iħalli l-effett meħtieġ, bl-istat ta’ Victoria jirrapporta l-anqas rata ta’ każijiet ġodda fl-aħħar ħmistax.