​Forum tal-PN sodisfatt bil-vot fil-Parlament favur l-ugwaljanza

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista laqa’ b’sodisfazzjon il-vot tal-PN favur il-liġi tal-ugwaljanza li issa għaddiet mit-Tieni Qari.
Semma kif anke fil-programm elettorali tiegħu, il-PN semma kif huwa favur iż-żwieġ bejn persuni omosesswali biex il-liġi ma tibqax tagħmel distinzzjoni bejn in-nies skont l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
Il-Forum saħaq li l-liġi proposta tittratta tema sensittiva ħafna, u għalhekk il-kliem użat seta’ ntgħażel aħjar.  
Minkejja dan, qal li din il-liġi hija pass ieħor importanti ‘l quddiem biex fis-soċjetà Maltija ikun hawn iktar opportunitajiet indaqs.