Forum Mediterranju f’Malta f’Ottubru li ġej

Ġie ffirmat memorandum of understanding bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Fondazzjoni Anna Lindh bi preparazzjoni għat-tielet edizzjoni ta’ forum mediterranju li se jsir f’Malta bejn l-24 u l-25 ta’ Ottubru li ġej.
Huwa mistenni li dan il-forum iservi bħala opportunità għall-Belt Valletta fid-dawl tal-Kapital Kulturali Ewropea tal-2018 u qabel il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea f’Jannar tal-2017.
Il-Fondazzjoni Anna Lindh hija bbażata f’Lixandra fl-Eġittu u hija organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi skambji interkulturali u proġetti komuni fost is-soċjetajiet ċivili fir-reġjun Ewro-Mediterranju.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott