“Forti Rikażli qed jitħalla jaqa’ biċċiet” – PD

Il-Partit Demokratiku saħaq li minkejja li l-Gvern qed jinsisti li l-Gżejjer Maltin jinsabu fl-aħjar żmien, forti bħal dik ta’ Rikażli tinsab f’abbandun totali tant li qed taqa’ biċċiet.
Fi stqarrija il-partit spjega li l-forti ilha snin twal tintuża “għal attività kummerċjali li rrendiet il-miljuni”.
Intant jinsisti kif il-forti ma gawdietx minn dan il-gwadann finanzjarju u tħalliet taqa’ biċċiet.
Il-partit tal-oranġjo sostna li jekk il-forti, li ddeskriviha bħala “ġawhra nazzjonali” ma tiġix restawrata minnufih, se tintilef darba għal dejjem.
Għaldaqstant ingħaqad mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara sabiex jappella lill-Gvern biex iwaqqaf l-isfreġju li qed jeqred il-wirt tal-gżejjer.
Ritratt: Arkivji