Fort Security se tipprovdi s-sigurtà f’kumpaniji tal-Gvern

Fort Security Services hija l-kumpanija li l-Gvern għażel biex tipprovdi s-sigurtà f’kumpaniji tal-Gvern li jinsabu fi stadju ta’ likwidazzjoni. Fost dawn hemm il-Malta Ship Building.
Il-Ministru Chris Cardona ħabbar dan fil-Parlament meta kien qed jirrispondi mistoqsija supplimentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Wara diversi mistoqsijiet minn Mario DeMarco, il-Ministru għall-Ekonomija qal li l-Gven għandu dritt jimpjega kumpanija tal-għażla tiegħu, dejjem jekk din ikollha l-kwalifiċi meħtieġa.
Saħaq li din il-kumpanija nħolqot biex “timla t-toqob li ma mtlewx fil-leġislatura li għaddiet” u spjega li ma saritx sejħa pubblika għax dan se jkun servizz intern fi ħdan il-Ministeru.
Cardona spjega li l-Uffiċċjali tas-Sigurtà li ġew ingaġġati ntgħażlu bl-istess kwalifiċi li bihom kien jagħżel il-Gvern preċedenti.