Forsi għax mhux f’darhom?

Xi wħud jidher li ma jitgħallmu qatt. L-amministrazzjoni tat-Teatru Manoel aktar kmieni llum esprimiet id-diżappunt tagħha għall-għaġir ta’ xi wħud mill-pubbliku fejn b’diżrispett ħallew il-ħmieġ warajhom fit-Teatru.

Ir-ritratt li l-amministrazzjoni tat-Teatru Manoel ippublikat fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook juri l-ħmieġ tal-fdalijiet ta’ ikel u xorb li membri mill-udjenza li marru jaraw il-pantomima ħallew warajhom. Dan meta lanqas biss suppost jiddaħħal ikel u xorb, ħlief ilma, fit-Teatru.

L-amministrazzjoni esprimiet id-diżappunt tagħha għal dan l-aġir u kif tibqa’ mbellħa għall-mentalità tan-nies li jarmu fl-art. Saħqet li probabli ħafna jħallu l-ħmieġ warajhom f’postijiet pubbliċi għax ma tkunx darhom.

Ma nafx x'inhi r-raġuni li nieħdu pjaċir narmu fl-art…ovvja li mhux fid-dar tagħna…Din hi waħda mill-boxes…

Posted by Teatru Manoel on Friday, December 28, 2018