Forsberg kawt rigward il-possibiltà li jingħaqad ma’ Manchester United

L-istilla Żvediza ta’ RB Leipzig Emil Forsberg ammetta illi m’għandux għaġla partikolari fil-karriera tiegħu minħabba li Manchester United jgħaġġlu jippruvaw jakkwistawh. Forsberg sostna li minkejja dan l-interess xorta għad irid jevalwa din il-possibilta’ u tenna li jinsab kuntent mal-klabb Ġermaniż.