Formula 1: Iż-żagħżugħ Verstappen ma’ Scuderia Torro Rosso

Fl-2015 Max Verstappen ta’ sbatax-il sena, jaf ikun l-eredi ta’ Sebastian Vettel.
Max huwa iben Jos Verstappen li kien idebutta mal-Benetton fl-1994 fl-eta ta’ għoxrin sena u li rebaħ aktar minn mitt tiġrija.
Max Verstappen sa Novembru 2013 kien isuq il-go kart u qabeż għall-Formula 3 fejn rebaħ tmien tieġrijiet.
Verstappen Jr se jkun l-iżgħar sewwieq fil-Formula 1 u se jkun fit-tim ta’ Scuderia Torro Rosso maż-żagħżugħ Russu ta’ 20 sena Dariil Kvyat.
Fil-fatt l-iżgħar sewwieq s’issa huwa l-Ispanjol Jaime Alguersuari li kien idebutta wkoll mal-istess Toro Rosso meta kellu 19-il sena u 125 ġurnata.
Sa minn meta kellu seba’ snin Max Verstappen kien joħlom li xi darba għad isuq fil-Formula 1.
Ma nistgħux ma nsemmux nerġgħu lil missieru Jos li kien saq l-ewwel go kart meta kellu tmien snin u ta’ għaxar snin kien sar Junior Champion.
Jidher li d-demm fil-familja Verstappen jiġbed mhux ħażin lejn l-imħabba lejn is-sewqan u l-Formula 1.