Format ġdid għall-programm JienInt

Mil-lum il-programm JienInt se jkun qed jitwassal b’format ftit ġdid minħabba r-restrizzjonijiet li ddaħħlu f’Malta biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19.

Francesca Polidano se titkellem b’mod virtwali ma’ Fr Brendan Mark Gatt u ma’ Clive Seychell. Id-diskussjoni se tiffoka fuq id-disa’ kmandament – la tixtieqx nisa tal-oħrajn. X’ried ifisser Alla b’dan il-kmandament? Għaliex huwa importanti li ma nixtiqux nisa jew irġiel tal-oħrajn anke jekk fil-ħsieb biss? Żgur li dan il-programm se jġegħlna nirriflettu sew dwar dak li nistgħu naħsbu jew ngħixu ta’ kuljum.

Segwi JienInt fuq l-istazzjon Net illum fl-4.30pm. Min irid jista’ jgħaddi l-kummenti tiegħu fuq il-Facebook permezz tal-paġna JienInt.

Il-produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP u Paul Jones.