Ford tirtira 623,000 vettura mis-suq

Il-kumpanija Ford qed tirtira 623,000 vettura mis-suq minħabba difetti, li wħud wasslu biex qabdu xi karozzi.
L-aħħar sejħa f'temp ta' ġimgħa, hi dwar 52,000 vann pick-up F-250, li jwassal biex il-vettura awtomatika, tiċċaqlaq minkejja li l-lever ikun qiegħed fuq ‘park’. Ford avżat lil dawk li għandhom dan il-vann tal-2017, li nbiegħu fl-Istati Uniti u l-Kanada, biex jużaw il-hand brake meta jkunu jridu jpoġġu l-karozza f’park mode.
Madanakollu spjegat li ma ġietx ikkuntattjata dwar inċidenti jew ġrieħi assoċjati ma’ din il-problema.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Ford irtirat 360,000 vettura mill-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa minħabba difett fil-magna li wassal għal 29 rapport ta’ nirien.
Barra minn hekk nhar l-Erbgħa rtirat mis-suq 211,000 vettura oħra mill-Amerika ta’ Fuq minħabba problema fil-pum tal-bibien.