Footprints ikompli jistaqsi

Il-grupp mużikali lokali Footprints nieda kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Nistaqsi.
Nistaqsi, bil-lirika ta’ Hilary Spiteri, hi t-tieni kanzunetta mnedija mill-album il-ġdid Għeruq.
Il-kanzunetta hi ispirata mill-istorja tal-Vanġelu ta’ San Mattew fejn żagħżugħ għani jistaqsi lil Ġesù dwar x’għandu jagħmel biex jakkwista l-ħajja eterna. Ġesù jwieġeb billi jgħidlu li jeħtieġ ibigħ ġidu kollu u jgħaddih lill-foqra filwaqt li jimxi warajH.
Għal iktar dettalji dwar il-grupp mużikali wieħed jista’ jidħol fil-paġna tal-Facebook ta’ Footprints filwaqt li l-kanzunetta tista’ tiġi aċċessata minn hawnhekk.