Footprints b’mużika ġdida

Il-grupp lokali Footprints għadu kif nieda The Fight, li hija t-tielet single mill-album il-ġdid tagħhom We Are, li huma kienu ħarġu matul ix-xhur tas-sajf.

Din is-silta tesplora temi inspirati minn novelli Nineteen Eighty-Four u Animal Farm tal-awtur George Orwell.

Jinstema’ bi prominenza l-influwenzi tal-mużika rock minn stili Indie Rock u Alternative Rock.

Aktar dettalji tistgħu ssibuh fil-paġna uffiċjali tal-Facebook ta’ Footprintsmalta