Footprints b’diska ġdida

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=QdjrfMIElP8]

Il-grupp mużikali Footprints ħabbar li ħareġ diska ġdida bl-isem We Are.
B’lirika ta’ Bernard Catania, għad-diska nħadem ukoll music video bid-direzzjoni u produzzjoni ta’ Marilyn Scicluna.
Bħalissa Footprints qed jirrekordjaw diversi diski oħra biex jippreparaw għat-tnedija ta’ album ġdid li se jitnieda s-sena d-dieħla, b’We Are tkun l-ewwel diska li se tkun f’dan l-album.
Għal aktar informazzjoni dwar il-grupp mużikali wieħed jista' jidħol hawnhekk.
Ritratt: Footprints