​Food-tasting f’San Vinċenz għal menu aħjar

Sessjonijiet ta’ food-tasting ġew organizzati f’ San Vinċenz de Paul biex ir-residenti jkunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq l-ikel li qed jiġi inkluż f’menu ġdid
Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li attenda għal sessjoni ta’ food-tasting mal-anzjani ġewwa r-residenza.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz Dr Josianne Cutajar qalet li għaddej proċess ta’ titjib fis-servizzi tan-nutrizzjoni u l-ikel li jiġi pprovdut lill-anzjani li qegħdin residenti ġewwa din il-faċilità għal kura fit-tul. Il-proċess ta’ titjib jinkludi diskussjonijiet mal-Università ta’ Malta biex jinħoloq kors li jiffoka fuq l-aħjar nutrizzjoni u ikel għall-anzjani, u tibdil fil-menu tal-ikel għar-residenti ta’ San Vinċenz de Paul.
Permezz ta’ dawn is-sessjonijiet ta’ food-tasting, Agius Decelis qal li  qed tkompli tinġabar informazzjoni sabiex il-preferenzi u l-interessi tal-anzjani jingħataw prijorità. 
Ritratt: Kevin Abela