Fontanella jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru

L-attakkant Taljan Mario Fontanella rebaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru wara li skurja 5 gowls fi tliet rebħiet importanti li Valletta kisbu kontra Balzan, Pieta u Mosta. L-eks plejer ta’ Floriana jinsab fl-ewwel post fil-klassifika tal-iskorers b’10 gowls.

Fil-logħba kontra Balzan, Fontanella skurja gowl mill-isbaħ permezz ta’ xutt angolat fuq tqassima ta’ Kaljevic li għeleb lil Sultana. Fi tmiem din il-partita, l-attakkant ta’ 29 sena li lagħab ukoll ma’ bosta klabbs Taljani fis-Serie D, intgħażel bħala l-aqwa plejer tal-partita.

Dan l-unur li jingħata ta’ kull xahar mill-Bank of Valletta, ġie ppreżentat lil Fontanella mil-Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing Charles Azzopardi.