Read in English.
Fondi Ewropej se jkunu qegħdin jintużaw f’żewġ proġetti fix-Xewkija.
Skont il-Ministeru għal Għawdex Justyne Caruana dawn se jintużaw għar-restawr tal-mitħna u l-proġett ta’ tisbiħ ta’ Ulysses Grove.
Proġett ieħor li se jsir fix-Xewkija huwa dak tal-pjazza, l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Ħamrija u Triq il-Knisja. Triq il-Ħamrija, li hi triq arterjali b’tul ta 1.3 kilometri.
Il-Ministru Caruana qalet li s-sejħa għall-offerti għal dan l-aħħar proġett fetħet. F’Jannar li għadda, il-Ministeru kien organizza sessjoni ta’ konsultazzjoni dwar żewġ pjazez f’Għawdex, b’waħda minnhom tkun din tax-Xewkija.