Fondi Ewropej biex isir l-istudju dwar il-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija

Il-Gvern akkwista fondi Ewropej biex isir studju tekniku tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.
L-applikazzjoni għall-fondi kienet tressqet f’April li għadda skont is-sejħa għall-proposti tal-enerġija tal-faċilità Connecting Europe.
L-iskop tal-assessjar huwa li jiġu determinat l-aħjar mod kif din il-pipeline għandha titpoġġa bejn Gela fi Sqallija u Delimara.
L-istudju se jinkludi wkoll id-diżinn tal-infrastruttura u l-lista tad-dokumenti kollha meħtieġa biex jibda’ l-proċess għall-permessi kemm f’Malta kif ukoll fl-Italja.
Il-Gvern qal li dawn il-fondi se jgħinu biex Malta tingħaqad man-network tal-gass Ewropew u dan se jħalli impatt pożittiv.