Fondi biex jitneħħa l-periklu fil-bitħa tas-Soċjetà Filarmonika Sliema

Is-Soċjetà Filarmonika Sliema bbenefikat minn €7,334 mill-fond ta’ kontinġenza għall-għaqdiet volontarji u €5,000 mill-fond tal-avvenimenti u attivitajiet għall-għaqdiet volontarji.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima spjega kif b’dawn il-fondi, is-Soċjetà se tagħmel manutenzjoni mill-ġdid tal-art li tinsab fil-bitħa tal-każin. Bħalissa l-art tinsab fi stat ta’ periklu tant li tista’ tisfronda.

DOI – Omar Camilleri

Barra minn hekk, l-istess soċjetà se ttella’ l-Oratorju Marjan ddedikat lis-Sinjura tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Knisja Parrokkjali Madonna tas-Sacrè-Cœur tas-Sliema nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Setttembru.  Dan fl-okkażjoni tas-sena ċentinarja minn mindu twaqqfet il-parroċċa.