Fondi biex jiġi restawrat is-saqaf tas-Sacra Infermeria

Fondi mill-Unjoni Ewropea se jgħinu biex jiġi ppreservat u salvat is-saqaf oriġinali tas-Sacra Infermeria f’Dar il-Mediterran. 
Mill-fondi se jiġi restawrat ukoll it-taraġ li jagħti għal fuq il-bejt. Il-ħsieb hu li dan jinfetaħ sabiex turisti jgawdu x-xena tal-Port il-Kbir.  
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Żammit Lewis semma l-importanza tas-settur tal-konferenzi għat-turiżmu f’Malta fejn is-sena l-oħra ġew madwar 120, 000 persuna biex jattendu konferenza jew oħra. 
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borġ qal li dan il-proġett sewa €796,466 li minnhom €675,000 ġew kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neil