Fondazzjoni Nazareth titlef waħda mir-residenti tagħha

Rita-Pulis

Fondazzjoni Nazareth ħabbret il-mewt ta’ waħda mir-residenti tagħha, Rita Pulis, li kellha 63 sena. Rita kienet ilha tgħix ma’ Fondazzjoni Nazareth għal dawn l-aħħar għoxrin sena.

Fondazzjoni Nazareth iddeskrivew lil Rita bħala persuna dejjem bit-tbissima fuq ħaddejha u bniedma ottimista ħafna.

Għada t-Tlieta se tiġi ċelebrata quddiesa ta’ radd il-ħajr għall-ħajja ta’ Rita. Din se ssir fil-Knisja Arċimatriċi ta’ Santa Katarina V.M. iż-Żejtun fid-9.00am b’quddiesa praesente cadavere.

Wara ssir id-difna fil-qabar tal-Fondazzjoni Nazareth fiċ-ċimiterju taż-Żejtun.

Strieħ fis-sliem!