Filmat: Fondazzjoni Nazareth tiġbor il-flus biex tibni r-raba’ dar

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru se ssir maratona ta’ 12-il siegħa b’risq il-Fondazzjoni Nazareth.  
It-tema tal-maratona hi ‘Bis-saħħa ta’ kulħadd’.
Bis-saħħa tal-qalb ġeneruża tal-Maltin, il-fondazzjoni diġa' bniet tliet residenzi għal nies bi bżonnijiet speċjali. Il-flus li se jinġabru f’din il-maratona se jmorru biex tinbena ir-raba’ residenza fiż-Żejtun.
Bħalissa l-Fondazzjoni Nazareth qed toffri servizz lil 29 persuna bi bżonnijiet speċjali.  
Tista’ ċċempel fuq 51502090 biex tagħti donazzjoni ta’ €5.00, 51602091 għal donazzjoni ta’ €10.00, 51802092 għal donazzjoni ta’ €25.00 jew tibgħat SMS fuq 50618078 għal donazzjoni ta’ €4.66.
Il-Maratona se tibda fil-11am u se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali.