Fond għall-Kunsilli Lokali biex jinvestu f’bicycle racks

Tnieda fond ta’ €150,000 għall-Kunsilli Lokali sabiex jagħmlu xtillieri għar-roti (bicycle racks).
F’konferenza tal-aħbarijiet,il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-konġestjoni tat-traffiku tiswa €200 miljun lill-ekonomija fis-sena, €100 miljun f’tniġġis fl-arja u €36 miljun fl-obeżità.
Profs. Scicluna qal li din il-miżura għandha l-għan li tbiddel il-mentalità u tixpruna l-użu tar-rota bħala mezz alternattiv ta’ trasport u tħeġġeġ lill-kunsilli lokali jinvestu fil-lokalità għall-ġid tar-residenti.
L-ewwel żewġ kunsilli lokali li bbenefikaw huma Birżebbuġa u Ħal Safi.
Ritratt: DOI: Jeremy Wonnacott