Fond għall-kmamar tal-aħbarijiet għall-innovazzjoni diġitali

Tnieda l-Fond Google Digital News Initative bil-għan li kmamar tal-aħbarijiet u ġurnalisti jkunu innovattivi fil-qasam diġitali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni Silvio Schembri spjega kif dan il-fond, b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u Google, se jfisser li l-industrija fil-qasam tax-xandir u l-midja għandha aċċess għal $150 miljun, ekwivalenti għal €121 miljun. 
Sa issa, permezz ta’ dan il-fond, ġew investiti €51 miljun f’aktar minn 252 proġett minn madwar 27 pajjiż differenti fl-Ewropa.
Waqt it-tnedija tal-fond ipparteċipaw il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi li flimkien ma’ Enrico Bellini, Maniġer  tal-Politika Pubblika fi ħdan Google, ħadu sehem f’diskussjoni dwar is-suġġett, segwita minn messaġġ mill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill