Filmat: “Il-mard meta jolqtok jaħsdek għal għarrieda”

Il-programm Sibtek, li jixxandar fis-1.15pm fuq TVM, illum se jieħu dehra differenti hekk kif jilbes libsa għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween fost mużika mill-kantanta residenti Kylie. Jissoktaw ħafna logħob b’rigali kbar fosthom The Box u l-Moda Challenge.

Ma jonqsux il-ħafna mistiedna fosthom Josephine Mallia li se titkellem fuq storja li għaddiet minnha u bidlitilha ħajjitha.

Alana Bondin titkellem dwar kif bidlet il-pjanijiet tat-tieg tagħha filwaqt li Jon Camilleri jitkellem fuq l-imħabba tiegħu għall-ikel.

Andrew Borg Carbott jitkellem dwar id-diffikultajiet li għadda minnhom minħabba problemi ta’ saħħa.

Iż-żgħażagħ residenti Pauline, Charlene, Jeanpaul, Natalia u Benoit se jgħidu tagħhom dwar il-festa tal-Halloween. Ħafna stejjer ta’ min jaqbel u min le.

Sibtek għandu preżentazzjoni ta’ Ryan Borg u Josmar u jixxandar fis-1.15pm fuq TVM, b’repetizzjoni llejla fil-11.30pm.