Follow-Up: Lourdes għalfejn jiġbed daqshekk nies?

X’jagħmel il-Grotta ta’ Lourdes daqshekk attraenti għal eluf ta’ pellegrini ta’ kuljum? M’ilux is-Santwarju Marjan irrikonoxxa bħala miraklu l-fejqan għall-għarrieda ta’ soru Franġiskana Franċiża li wara li għamlet pellegrinaġġ f’dan il-post ta’ devozzjoni fieqet minn diżabilità li kienet ilha ġġorr is-snin twal. X’inhuma r-realtajiet ta’ dawk li jżuru dan il-post?

Dawn huma fost il-mistoqsijiet li Sylvana Debono tiddiskuti ma’ Mons Xavier D'Arrodes, Responsabbli mill-Grotta ta' Lourdes fil-programm Follow-Up bejn l-4:30pm u s-6pm.
Dr Alex Saliba u David Stellini jitkellmu dwar il-bloggs ġodda tagħhom fuq Newsbook.com.mt.
Il-Kap tad-Dipartiment fl-Università dwar is-Saħħa Mentali, Dr Josianne Scerri se tiddiskuti l-kura ta' persuni li jgħinu pazjenti bil-Parkinson's.