FoE Malta tipproponi prodotti tal-plastik aktar sodi

FoE Malta prodotti plastik sodi

L-għaqda Friends of the Earth Malta (FoE Malta) ipproponiet li prodotti tal-plastik ikunu magħmula aktar sodi bħala mod kif id-dinja tista’ tgħin biex jonqos il-konsum tal-plastik.

L-għaqda Friends of the Earth Malta (FoE Malta) laqgħet u kkummentat fuq il-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt ta’ ċertu prodotti tal-plastik fuq l-ambjent.

Fi stqarrija, FoE Malta qalet li matul dawn l-aħħar 30 sena kienu qed isiru aktar attivi favur ir-reduzzjoni tal-iskart tal-plastik. Wara konsultazzjoni li kellha riċentament mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi pproponiet:

  • Prijorità fuq it-tnaqqis tas-single-use plastics u jiġi enfasizzat il-kunċett li wieħed jerġa’ juża’ l-plastik
  • Ma naqilbux għal-plastiks biodegradable jew bio-based
  • Prodotti li jkunu aktar sodi

Għal rapport dettaljat, tista’ tidħol hawn.