Foden se jġedded ma’ Man City

Skont il-gazzetta Ingliża The Sun, il-plejer ta’ nofs il-grawnd illi għad għandu biss 17-il sena Phil Foden lest illi jiffirma kuntratt ġdid mal-klabb tiegħu Manchester City għas-snin illi ġejjin.
L-istilla żagħżugħa tal-futbol Ingliż ser jagħlaq 18-il sena fit-28 ta’ Mejju illi ġej u t-tim immexxi minn Pep Guardiola mhux lest illi jitlef is-servizzi tiegħu tant illi d-diriġenti tal-klabb diġà wegħduh titjib fis-salarju sabiex jikkonvinċuh ikompli l-avventura tiegħu fil-belt ta’ Manchester.
Foden diġà libes il-flokk tal-kbar darbtejn u qed jittama illi jkompli jkollu ċ-ċans juri l-kwalitajiet illi għandu.