F’Myanmar isiru elezzjonijiet ħielsa wara 25 sena

Bħalissa l-poplu f’Myanmar qed jivvota fl-ewwel elezzjonijiet ħielsa wara 25 sena ta’ tmexxija militari.
Il-partit ta’ Aung San Suu Kyi mistenni jirbaħ l-elezzjoni, iżda mhix se titħalla tkun il-President tal-pajjiż.
Ħafna nies ħarġu jivvutaw f’dawn l-elezzjonijiet b’numru ta’ postijiet tal-votazzjonijiet jirrapportaw kju ta’ nies biex jivvutaw.
Suu Kyi kienet rebħet l-aħħar elezzjoni ħielsa fi Burma, fl-1990, imma dakinhar it-tmexxija militari kienet injorat ir-riżultat. 
Fl-2013 rebħet il-premju nobel għall-paċi u f’laqgħa mal-Papa, ddeskrivietu bħala simbolu tad-demokrazija u tal-paċi.