F’Myanmar; iniżżel ajruplan mingħajr ir-roti ta’ quddiem

Pilota rnexxielu jniżżel ajruplan fil-Myanmar mingħajr ir-roti ta’ quddiem. L-ajruplan skidja fl-Ajruport Nazzjonalit ta’ Myanmar sakemm irnexxielu jieqaf. L-ebda mid-89 passiġġier li kienu abbord l-ajruplan ma weġġgħu. Il-pilota ġie mfaħħar ħafna tal-manuvra li rnexxielu jagħmel biex salva kemm l-ajruplan kif ukoll il-passiġiera.

Kif il-pilota nduna li ma setax iniżżel ir-roti ta’ quddiem, ħa l-prekawzjonijiet meħtieġa u ħela kemm seta fjuwil biex inaqqas il-piż. L-ajruplan għamel mal-25 sekonda jiżloq fuq ir-runway qabel ma waqaf għal kollox.