​F’Marzu tibda l-konsultazzjoni pubblika dwar il-pipeline tal-gass

F’Marzu li ġej se tibda l-konsultazzjoni pubblika f’Palermo u Gela fi Sqallija, kif ukoll f’Malta, bħala parti mill-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-proġett tal-pipeline tal-gass se jgħaqqad lil Malta man-network Ewropew, u b’hekk ikun possibli li Malta tiġi integrata mas-suq intern tal-gass tal-Ewropa b’aċċess għall-prezzijiet aktar vantaġġużi.
Waqt żjara f’Malta, is-Sindku Domenico Messinese, il-Viċi Sindku Siciliano Simone u membri oħrajn tal-kunsill lokali, iltaqgħu mal-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi fejn iddiskutew ir-relazzjonijiet li żviluppaw matul is-snin.
Daniel Azzopardi, mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, qal li x-xogħol tekniku fuq il-pipeline għaddej u li l-fondi bdew jintużaw.  Għaddej ukoll xogħol diplomatiku ma’ Ruma, Palermo u ma’ Gela.
Ritratt: DOI – Jason Borg