“F’Malta ninkwetaw dwar hand sanitisers fl-iskejjel; fil-Libanu sitwazzjoni drammatika”

Filwaqt li f’Malta qed iqum it-tħassib dwar il-hand sanitisers fl-iskejjel minħabba l-pandemija tal-coronavirus, is-sitwazzjoni fil-kulleġġi fil-Libanu hija drammatika “għax imfarrkin u b’defiċit enormi ta’ ewro”.

Dan qalitu waqt 103 Breakfast, Mariella Vella, il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ De La Salle f’Malta, li saħqet li s-sitwazzjoni qed tagħmilha iktar diffiċli biex tingħata l-edukazzjoni meħtieġa lit-tfal.

Il-kapitali Bejrut għadha tistejqer mill-isplużjoni li seħħet fl-4 ta’ Awwissu li għadda. Din l-isplużjoni ħasdet il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies u eluf indarbu. Ħafna spiċċaw bla dar hekk kif l-effetti devastanti ta’ din l-isplużjoni kienu kbar ħafna. 

Splużjoni fil-Libanu theżżeż il-kapitali
Filmat: Splużjoni fil-Libanu theżżeż il-kapitali

Appell mill-Brothers ta’ De La Salle

B’ton imqanqal Mariella appellat biex min jista’ jgħin fl-isforz biex it-tfal f’Bejrut jingħataw l-edukazzjoni. Għamlet referenza speċifika għall-Iskola Sacre Coeur, li tinsab fiż-żona ta’ Gemmayzé, li hija viċin ta’ fejn kien hemm l-isplużjoni. Irreferiet għall-viċinanza li hemm bejn l-iskola Maltija u dik tal-Libanu kif ukoll dwar il-ħidma li jagħmel ħuha fil-Libanu. 

Min hu interessat jgħin jista’ jaċċessa l-paġna fuq Facebook:

Donazzjonijiet jistgħu jsiru lil dan il-kont:  

  • Banca Popolare di Sondrio
  • Via Baldo degli Ubaldi 267 00167 Roma (RM)
  • Kont f’isem : De La Salle Solidarietà Internazionale – ONLUS
  • Indirizz: Via Aurelia 476, 00165 Roma (RM)
  • Numru tal-Kont: 7241X70
  • Kodiċi IBA: IT52 R056 9603 2070 00007241X70
  • Kodiċi BIC / SWIFT: POSOIT22XXX

L-isplużjoni f’Bejrut kellha wkoll impatt fuq il-kulleġġi li jmexxu l-Brothers ‘De La Salle’, il-Collège Sacre Coeur-Frères Gemmayzé, Collège Notre Dame u l-École Saint Vincent de Paul. Fil-fatt il-kulleġġi sofrew danni kbar tant li l-Fondazzjoni Internazzjonali De La Salle Solidarietà Internazionale ONLUS nediet appell biex jinġabru fondi biex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta’ emerġenza kemm f’għajnuna umanitarja kif ukoll l-edukazzjoni. 

L-isplużjoni tant għamlet ħsara li t-tfal ma jistgħux jirritornaw fl-iskejjel, hekk kif il-klassijiet ġew meqruda b’din l-isplużjoni. Is-sinjura Vella qalet li x-xeni tas-sitwazzjoni fil-Libanu twassal għal dieqa għal dawk li jemmnu u jħobbu l-edukazzjoni u lit-tfal. 

Malta ħabbret li kienet qed talloka €50,000 mill-baġit uffiċjali tagħha lir-Repubblika Libaniża, wara l-isplużjoni li seħħet f’Bejrut.

Għajnuna minn Malta lill-Libanu
Malta se tagħti €50,000 lil-Libanu