“F’Malta ma jimpurtahomx mill-Coronavirus” – turisti Taljani

Fuq programm televiżiv Taljan ‘Aperinews’, erba’ tfajliet Sqallin tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom f’Malta waqt il-pandemija. 

It-tfajliet ta’ tmintax-il sena minn Katanja ddeskrivew kif iddeċidew iqattgħu ġimgħa f’Awwissu f’Malta wara li kellhom problemi mas-sid tad-dar li kienu qed jippjanaw biex jikru fi Sqallija. 

L-Erbgħa li għadda ġie mħabbar li Sqallin li jirritonaw pajjiżhom minn Malta se jkollhom jibdew jagħmlu kwarantina malli jaslu lura pajjiżhom u fl-aħħar tal-kwarantina swab test obbligatorju.

Iż-żgħażagħ, li huma mistennija jirritornaw Katanja it-Tnejn, sostnew li fil-każ ta’ Malta, “ma jimpurtahomx” mid-dispożizzjonijiet internazzjonali biex jevitaw kontaġji u każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet. 

Skonthom, “ħadd ma jilbes maskri u jirrispetta d-distanza soċjali fit-toroq, fil-bajjiet u f’postijiet pubbliċi oħra.” Huma rrimarkaw kif mal-wasla tagħhom fl-ajruport ta’ Malta, ma kinux sottomessi għall-kontrolli intensivi.

Huma kkonkludew billi qalu li għalkemm xtaqu jesperjenzaw il-btala b’mod differenti, saħħithom u dik tal-maħbubin tagħhom tiġi l-ewwel.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn