“F’Malta hemm iktar xogħol xi jsir kontra t-tortura” – NM

Esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda (NM) qalu li minkejja li Malta għamlet progress fil-ħidma kontra t-tortura u t-trattament ħażin tal-bniedem, hemm iktar xogħol xi jsir.
Mari Amos, li mexxiet id-delegazzjoni tas-sotto kumitat tan-Nazzjonijiet Magħquda fuq il-Prevenzjoni tat-tortura, qalet li “nirrikonoxxu l-ewwel passi li l-awtoritajiet Maltin ħadu biex jipprevjenu torturi u trattament ħażin billi ffirmaw l-Optional Protocol to the Convention against Torture (OPCAT) u ħolqu żewġ bordijiet ta’ moniteraġġ.”
Minkejja dan, Mari Amos żiedet tgħid li mil-laqgħat li kellhom ma’ persuni b’interessi differenti, ħareġ biċ-ċar li Malta fadlilha ħafna fejn taqdef sabiex dawn il-bordijiet ikunu indipendendi u effettivi skont ir-regoli tal-OPCAT.