Fly Niki u British Airways mil-lum b’titjiriet lejn Vjenna u Gatwick

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, illum mistenni jinżel l-ewwel ajruplan tal-kumpanija Fly Niki, kif ukoll ajruplan tal-British Airways wara nuqqas ta’ erba’ snin.
It-titjira HG2024 tal-linja tal-ajru Fly Niki mistennija tinżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Vjenna għall-ħabta tas-1:20p.m.
Fly Niki se tkun qed topera titjriet diretti minn u lejn Vjenna tliet darbiet fil-ġimgħa: nhar ta’ Ħadd, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.
It-titjira BA2644 tal-British Airways mistennija tasal Malta minn Gatwick għall-ħabta tad-8:55p.m.
British Airways se tkun qed topera titjira kuljum minn u lejn Gatwick mil-lum sal-25 t’ Ottubru u wara ħames titjiriet fil-ġimgħa għaż-żmien tax-xitwa.
L-inżul taż-żewġ ajruplani se jintlaqa’ minn żewġ trakkijiet tat-tifi tan-nar tal-ajruport li se jitfgħu l-ilma u joħolqu atmosfera kif is-soltu jiġri f’okkażjonijiet simili.