Flus u pastizzi biex jabbuża minn żewg subien

Arkivji

Raġel ta’ 70 sena weħel tliet snin ħabs wara li ammetta li abbuża sesswalment lil żewġ adoloxxenti subien li kien iħallas jew jagħtihom x’jieklu.

Fil-Qorti nstema’ kif John Zammit, anzjan mill-Belt li jaħdem f’ħanut tal-pastizzi, kien jagħti l-ikel u l-flus liż-żewġ subien ta’ 15-il sena għas-sess orali. Il-Pulizija saru jafu b’Zammit wara li rċivew informazzjoni anonima. Zammit ammetta l-akkużi waqt li kien qed jiġi interrogat. Zammit kellu wkoll x’jaqsam sesswalment ma’ żewġ żgħażagħ oħra li kellhom 16-il sena, però dan ma kienx illegali.

L-avukat ta’ Zammit ipprova jġib sentenza sospiża għall-klijent tiegħu minħabba l-età tiegħu u kondotta tal-Pulizija li kienet kważi nadifa. Din it-talba ġiet miċħuda.