Flus u kameras misruqa mill-uffiċċji tal-BirdLife

L-għaqda non-governattiva BirdLife ġiet misruqa xi flus u oġġetti oħrajn, fosthom kameras, tul il-lejl li għadda.

Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li xi ħadd żgassa l-bieb tal-uffiċċji tagħha f’Ta’ Xbiex u seraq xi flus mill-bini.

Il-Pulizija qed tinvestiga, u ħadet xi filmati mill-kameras tas-sigurtà fl-uffiċċju.

Dawk li jixtiequ joffru l-għajnuna tagħhom lil BirdLife Malta jistgħu jagħmlu donazzjoni fuq https://birdlifemalta.org/donate.