“Flus qabel il-prinċipji” – il-PN dwar ix-xhieda tal-Ministru Scicluna

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista qal li mix-xhieda tal-Ministru Edward Scicluna llum fil-Qorti deher li l-flus kienu qabel il-prinċipji.

Il-PN kien qed jirreaġixxi għax-xhieda tal-Ministru Scicluna fil-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fl-inkjesta, Scicluna xheda li huwa ma kienx jifforma parti mill-‘kitchen cabinet’ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario DeMarco, il-PN qal li x-xhieda hija inkredibbli fis-sens li Scicluna deher li ġie promoss għall-Ministru għall-Finanzi wara r-riżenja ta’ Joseph Muscat. Dan meta skont il-PN, Scicluna kien ippreżentat bħala l-guru finanzjarju għall-Partit Laburista biex rebaħ l-elezzjoni tal-2013. Intqal ukoll li taħt il-gwida finanzjarja tal-Ministru Edward Scicluna, il-PL ra l-agħar każijiet ta’ korruzzjoni u abbuż fosthom tal-Panama Papers, tal-kumpaniji sigrieti ‘l barra minn Malta u għadd ta’ ftehim dubjuż ma’ kumpaniji privati bħalma huma l-każ tal-Electrogas u l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.

Il-PN stqarr li l-ġustifikazzjoni li huwa ma kienx parti miċ-ċirku li kien imexxi lil Malta taħt il-PM Muscat hija inkredibbli dan meta l-PN fakkar kif Scicluna ħalla l-Parlament Ewropew fi Brussell biex ġie Malta bħala Ministru. De Marco qal ukoll

L-istqarrija ttemm tgħid li aktar ma Scicluna jiċħad lil Muscat aktar jikkonferma li l-Ministru ma kellux fibra soda jew agħar minn hekk, l-azzjonijiet saru bil-barka tiegħu.