Floyd Mayweather jirbaħ li Conor McGregor

Floyd Mayweather rebaħ il-logħba tant mistennija mis-segwaċi tal-boxing kontra Conor McGregor.
B’hekk Floyd Mayweather irnexxielu jikseb il-50 rebħa tiegħu konsekuttiva.
Minkejja li McGregor irnexielu jżomm lil Mayweather fl-ewwel ftit rawnds, Mayweather rebaħ il-logħba fl-10 rawnd.
Għalkemm  ħafna forsi ħasbu li hija ovvja li Mayweather se joħroġ rebbieħ, huwa qal li din ma kinitx ġlieda faċli għalih. Huwa faħħar lil McGregor għad-determinazzjoni tiegħu u qal li ma stenniex ġlieda ta’ dan il-kalibru.
Spjega li huwa uża tattika xi ftit jew wisq sempliċi, fejn ħalla lil McGregor jaħli l-enerġija fil-bidu u pprova jżommu sakemm fl-aħħar meta McGregor kien għajjien, daħal fix-xena hu ħa l-logħba f’idejh.
F’intervista li Mayweather ta wara l-ġlieda, qal li din kienet l-aħħar ġlieda tiegħu u mhux se jerġa’ jirritorna lura fix-xena tal-boxing. Dan hekk kif għal din il-logħba huwa reġa’ rritorna lura mill-irtirar. Minn din il-logħba huwa rebaħ €251 miljun.
Fl-aħħar tal-logħba Mc Gregor may fuq Mayweather u għanqu miegħu.