Floyd: Il-kelb li għamilha ta’ ‘pageboy’ f’tieġ fil-Gudja

Ritratt: Facebook/ Matthew Cutajar - Icam Studios

Dan tar-ritratt huwa Floyd, kelb tar-razza Labrador li lbieraħ filgħaxija fil-kappella Ta’ Loretu fil-Gudja spiċċa biex għamilha ta’ ‘page boy’ għal waqt it-tieġ ta’ Karl Loftus u Kirsten Mifsud.

Biex nagħmluha ċara, Floyd ma kienx il-‘Page boy’ uffiċjali f’dan it-tieġ li ġie ċċelebrat ilbieraħ iżda malli llum ittellgħu r-ritratti fuq il-Facebook, ġibdu l-attenzjoni ta’ ħafna u ħafna nies, li ma setgħux ma jiggustawx lil dan il-kelb li kien imlibbes għall-okkażjoni u ħa ritratt flimkien mal-miżżewġin friski fi tmiem iċ-ċerimonja.

Ritratt: Facebook/ Matthew Cutajar – Icam Studios

Floyd ma jidhirx li kien imdejjaq u tassew żied mal-atmosfera tal-koppja f’dan il-jum tassew importanti għalihom!

Awguri lil din il-koppja żagħżugħa li għażlu li jinkludu lil Floyd f’dan il-jum tassew importanti u li ċertament se jibqgħu jiftakru għal għomorhom.

Ritratt: Facebook/ Matthew Cutajar – Icam Studios