Floriana vs CFR Cluj fil-UEFA Champions League

Ilbieraħ il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu ttellgħu l-poloz tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, f’Nyon, fl-Isvizzera. Iċ-champions ta’ Malta Floriana telgħu kontra CFR Cluj tar-Rumanija. It-tim Malti tela’ biex jilagħbu f’Malta minħabba li se jintlagħab leg wieħed u mhux tnejn bħas-soltu minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji tal-Covid-19.

Il-logħbiet tal-UEFA Champions League se jintlagħbu maqsuma fi tliet rounds ta’ kwalifikazzjoni, bil-ħin barrani jekk ikun hemm bżonnu penalty shoot-out jekkl-ebda tim ma joħroġ rebbieħ wara l-ħin barrani.

Dawk it-timijiet li ġew paired biex jilagħbu f’Settembru se jilagħbu fuq żewġ legs.