Floriana FC jiċċelebraw bil-kbir

Il-klabb tal-Floriana FC se jiċċelebra bil-kbir ir-rebħ tas-26 kampjonat fl-istorja tiegħu. Iċ-ċelebrazzjonijiet  se jsiru nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju u jinkludu marċi fit-toroq tal-Furjana, il-preżentazzjoni tat-tazza taċ-Champions tal-futbol ta’ Malta u spettaklu fuq il-Fosos tal-Furjana.

Ritratt: Jane Farrugia

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew fil-5.30pm meta l-Banda Vilhena tagħmel marċ fit-toroq prinċipali tal-Furjana li jibdew u jispiċċaw fi Triq Sant’Anna.

Fis-7.30pm jibda l-programm tal-preżentazzjoni tat-trofew tal-Premier League minn ħdejn il-Funtana tal-Iljun fi Triq Sant’Anna. Il-preżentazzjoni uffiċjali tat-trofew issir fit-8pm.

Wara jkun hemm parata fuq karrozza tal-linja miftuħa minn li tgħaddi minn Triq Sant’Anna , Triq Sant’Anna, Gunlayer Street sal-Pjazza San Publju, il-Fosos.

Fid-9pm jibda l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet fuq il-Fosos fejn fid-9.30pm issir il-preżentazzjoni tat-Trofew tal-Premier League lill-plejers u lill-istaff tal-Floriana FC.

Mill-10pm ’il quddiem ikun hemm spettaklu bil-parteċipazzjoni ta’ Kersten Graham, Dominic Cini u DJ Judge G.