F’Londra se jibda jinstema’ l-każ dwar ‘frodi’ fiż-żejt f’Malta

L-eks kap tal-kumpanija Afrikana tal-investiment Lonrho din il-ġimgħa se jipprova jikkonvinċi lil Qorti f’Londra li hu kien ingannat mis-sieħeb tiegħu fin-negozju.

F’Lulju 2012, David Lenigas kien aċċetta li jbiegħ 10% tal-ishma tiegħu fiż-żona għat-tiftix għaż-żejt qrib Malta għall-prezz nominal ta’ Lira Sterlina.

Seba’ ġimgħat wara, l-eks sieħba tiegħu fil-kumpanija Mediterranean Oil & Gas laħqu ftehim ma’ Genel Energy, immexxija mill-eks kap tal-BP Tony Hayward, biex ibiegħu 75% tad-drittijiet tagħhom fl-istess żona għal €18-il miljun.

Is-Sunday Times ta’ Londra tal-bieraħ irrappurtat li l-kumpanija Leni Gas & Oil issa qed tfittex bil-qorti għal interpretazzjoni qarrieqa.

Inċidentalment, il-Kap Eżekuttiv ta’ Genel Energy, Tony Hayward se jkun wieħed mill-kelliema waqt il-konferenza The Economist organizzata mill-Gvern Malta bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa.