
Raġel qala’ daqqa ta’ sikkina f’għonqu waqt li kien qed jitlob wara nofsinhar fil-Moskea Ċentrali ta’ Londra, il-Pulizija f’Londra kkonfermaw.
Uffiċjali ġew imsejħa fil-bini fit-3.10pm, fejn sabu anzjan bi ġrieħi ta’ sikkina.
Raġel ta’ 29 sena, li l-Pulizija temmen li kien qiegħed jitlob ukoll, ġie arrestat fuq il-post b’suspett ta’ attentat ta’ qtil. Bħalissa jinsab miżmum taħt arrest fl-għassa tal-pulizija ċentrali ta’ Londra.
Ilbieraħ, nies armati qatlu mill-inqas disa’ persuni wara li fetħu n-nar f’żewġ bars fil-Ġermanja.