F’Londra; ġisem iffriżat jaqa’ 1066m minn ajruplan

Ġisem iffriżat ta’ immigrant waqa’ minn ajruplan meta l-ajruplan kien fil-viċinanzi tal-ajruport ta’ Heathrow. Il-ġisem mejjet tar-raġel baqa’ nieżel fi ġnien ta’ dar mikrija ġewwa Londra fejn inċidentalment, ftit metri bogħod kien hemm raġel qed igawdi x-xemx.

Uffiċjali Inglizi żvelaw kif il-katavru waqa’ mal-1066m ‘l isfel minn fuq l-ajruplan Kenya Airways li kien fi triqtu lejn Londra min-Nairobi. Il-katavru waqa’ ekk kif infetaħ l-apparat tal-inżul waqt li kien għaddej minn fuq Clapham, fin-nofsinhar ta’ Londra.

Il-katavru waqa’ nofsu fuq ċangaturi tal-konkrit u nofsu fuq il-ħaxix.Mal-impatt, ħalla ħofra sħiħa. In-nies tal-lokal qalu li x-xena li laqgħethom kinet orribbli wara li ħarġu jaraw x’ġara minħabba li semgħu ħoss stramb ftit wara t-3.30pm tal-Ħadd.