F’Londra; 6 attakkati b’armi bil-ponta tul il-lejl

Sitt persuni ġew attakkati b’armi bil-ponta f’Londra tul il-lejl. F’inċidenti separati, tħallew erba’ żgħażagħ imweġġa’ gravi kif ukoll ġuvni ta’ 18-il sena li qed jiġġieled għal ħajtu.

L-ewwel każ seħħ f’Kidbrooke, fix-xlokk ta’ Londra, fejn xi persuni li inzertaw hemm qalu li fuq il-post ta-delitt dehru żewġt irġiel armati bi skieken kbar. F’parti oħra ta’ Londra, xi uħud li inzertaw fuq il-post iddiskrevew l-attakk fuq ġuvni ta’ 18-il sena bħala wieħed pjanat.

L-inċidenti ġraw fl-istess ġurnata meta l-kap tal-pulizija qalet li l-vjolenza bis-skieken bejn iż-żgħażagħ hija fl-aktar livell għoli li qatt rat quddiem għajnejha.