Flokkijiet tas-suf għall-pingwini morda

Grupp ta’ ambjentalisti fl-Awstralja qed jagħmlu appell lid-dilettanti kollha tal-ħjata madwar id-dinja sabiex iħitu flokkijiet tas-suf għall-pingwini morda.
Dawn l-ambjentalisti jużaw flokkijiet apposta sabiex jgħinu lill-pingwini li jimirdu minħabba ż-żejt li jkun ħareġ fil-baħar mid-dgħajjes tas-sajd.
Il-flokkijiet jgħinu biex il-pingwini jibqgħu sħan u jżommhom milli jippruvaw ineħħu iż-żejt tossiku.
Permezz tal-inizjattiva Knits for Nature, dan il-grupp li jaħdem favur l-annimali rnexxilu joħloq aktar minn 300 diżinn differenti ta’ flokkijiet tas-suf għall-pingwini.