Flok tarmi l-ħwejjeġ, irriċiklahom għada f’Ħal Tarxien

Għada l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien qed jerġa' jorganizza ġbir ta' tessuti biex jiġu riċiklati.

Kull min għandu xi materjal bħal ħwejjeġ, żraben, kutri, purtieri, lożor, xugamani u hand bags li jixtieq jiddisponi minnhom jista' jmur quddiem l-uffiċini tal-kunsill lokali bejn id-9am u nofsinhar, fejn se jkun hemm vettura apposta li tiġbor dan il-materjal. 

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien iħeġġeġ lill-poplu Malti biex jirrikorri għal din l-attività bi ħġaru u b'hekk jiġi evitat li l-ħwejjeġ jintremew bil-konsegwenza li jagħmlu ħsara lill-ambjent.